On this page
Ipproteġi lilek innifsek u lill-oħrajn mill-COVID-19
Il-COVID-19 għadu jiċċirkola fil-komunità. Xorta waħda jista' jmarrad lil xi persuni severament. Il-protezzjoni tiegħek innifsek hi l-aħjar mod kif tipproteġi lill-oħrajn. Ma tistax ixxerred il-COVID jekk ma taqbdekx il-COVID.
Mur agħmel it-test
Oqgħod id-dar u agħmel it-test rapidu tal-antiġen (RAT) jekk int:
- għandek sintomi bħal imnieħer inixxi, uġigħ tal-griżmejn, sogħla, deni, jew tkexkix ta' bard.
- kuntatt ma' xi ħadd li għandu l-COVID-19.
Jekk tittestja negattiv, int xorta waħda għandek tibqa' tuża t-testijiet rapidi tal-antiġen għall-ftit ġranet li ġejjin u tibqa' d-dar sakemm jgħaddu s-sintomi.
Staqsi t-tabib tal-familja għal PCR test jekk tista' timrad gravi bil-COVID-19. M'għandekx bżonn tirrapporta r-riżultat tiegħek jekk tittestja pożittiv mill-PCR test.
Ikseb aktar tagħrif fuq Agħmel Test tal-COVID-19.
Ħu ħsieb saħħtek
Jekk tittestja pożittiv għall-COVID-19 int għandek tistrieħ u kellem lil tabib tal-familja. Il-biċċa l-kbira tan-nies ser ikollhom sintomi ħfief u jistgħu jgħaddu għall-aħjar id-dar. Int għandek:
- Toqgħod id-dar għal tal-lanqas 5 t'ijiem. Tmurx għax-xogħol jew l-iskola. Evita sptarijiet, faċilitajiet tal-kura tal-anzjani, u servizzi tad-diżabilità.
- Ilbes maskra jekk ikollok bżonn tħalli darek ta' bilfors f'emerġenza. L-aħjar maskri huma dawk tal-operazzjonijiet jew N95.
- Avża lill-persuni li tkun rajt jew postijiet fejn kont dan l-aħħar li għandek il-COVID.
Jekk is-sintomi tiegħek imorru għall-agħar, kellem lit-tabib tal-familja.
Ċempel lid-Dipartiment Virtwali tal-Emerġenza tal-Victoriagħal kura urġenti jekk ma tistax tkellem lil tabib tal-familja.
F'każ ta' emerġenza ċempel Żero Tripplu (000).
Int tista' tkun infettiv sa 10 t'ijiem. Int għandek toqgħod id-dar jekk għandek imnieħer inixxi, uġigħ fil-griżmejn, sogħla, deni, tkexkix ta' bard, għaraq, jew qtugħ ta' nifs. Uża test rapidu tal-antiġen jew kellem lil tabib tal-familja jekk m'intix żgur.
Sapport
Għal aktar tagħrif:
- Żur il-Lista tal-Iċċekkjar tal-COVID-19 dwar x'għandek tagħmel jekk tittestja pożittiv għal COVID-19
- Żur L-Immaniġġjar tal-COVID-19 għal sintomi u ħu ħsieb saħħtek id-dar.
Biex titkellem ma' xi ħadd:
- Ċempel lis-Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar fuq 131 450
Staqsi dwar il-mediċini tal-COVID
Il-mediċini tal-COVID isalvaw il-ħajjiet u jżommu lin-nies milli jimirdu gravi bil-COVID-19. Għandhom jittieħdu kmieni kemm jista' jkun u fi żmien 5 t'ijiem minn meta timrad biex ikunu l-aktar effettivi.
Wieġeb dawn il-mistoqsijiet biex tkun taf jekk intix eliġibbli għall-mediċini tal-COVID. Kellem lil tabib tal-familja jekk taħseb li int eliġibbli. Tabib tal-familja jista' jgħinek biex jiġi żgurat li persuni eliġibbli jirċievu l-kura malajr
Għal aktar tagħrif ara Antivirali u mediċini oħra.
Ilbes maskra
Il-maskri jistgħu jżommuk milli taqbdek u xxerred il-COVID-19. Il-maskri għandhom ikunu ta' kwalità tajba u joqogħdu sewwa mal-wiċċ. Maskri (respiratorji) N95 u P2 jagħtu l-aktar protezzjoni.
Int għandek tilbes maskra:
- fuq it-trasport pubbliku, ġewwa postijiet pubbliċi, u barra f'post iffullat.
- jekk għandek il-COVID-19 u jkollok bżonn tħalli d-dar ta' bilfors
- jekk int jew qiegħed ma' xi ħadd li intom f'riskju għoli li timirdu gravi.
Tfal li għalqu s-sentejn jew iżgħar m'għandhomx jilbsu maskra għax hemm riskju li tifgahom u li huma soffokanti.
Għal aktar tagħrif ara Maskri tal-wiċċ.
Ħu d-doża tal-vaċċin li jmissek
Il-vaċċini huma l-aħjar mod biex tipproteġi lilek innifsek u lill-familja tiegħek milli timirdu gravi bil-COVID-19. Int għandek iżżomm ruħek aġġornat rigward it-tilqim irrakkomandat għalik. Kellem lil tabib tal-familja biex tkun taf kemm dożi huma rrakkomandati.
Int xorta waħda għandek titlaqqam jekk kellek il-COVID-19. Użal-għodda biex issib klinika tal-vaċċin biex tibbukkja d-doża li jmissek għand it-tabib tal-familja jew fl-ispiżerija lokali.
Għal aktar tagħrif ara it-tilqima COVID-19.
Ħalli l-arja friska tidħol ġewwa
Il-COVID-19 tinfirex fl-arja. Li tħalli l-arja friska tidħol f'post fuq ġewwa jista' jnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-COVID-19. Fejn hu possibbli iftaħ it-twieqi jew il-bibien meta tkun qed tiltaqa' ma' persuni oħra fuq ġewwa. Jekk ma tistax, int tista' tuża apparat portabbli li jnaddaf l-arja (filtru HEPA) li jneħħi l-partikoli aerosol mill-arja.
Għal aktar tagħrif ara Ventilazzjoni.
L-irkuprar mill-COVID-19
Ħafna persuni ser iħossuhom ma jifilħux mill-COVID-19 wara li ma jkunux aktar infettivi. Ħalli lil ġismek jieħu l-kura u żmien biex jirkupra sew.
Int għandek tistenna 6 xhur wara li tkun infettat, qabel ma tieħu d-doża tiegħek li jmiss tal-vaċċin. Dan ser jiżgura li tikseb l-aħjar protezzjoni kontra l-virus.
Tista' terġa' taqbdek il-COVID-19 malajr wara 4 ġimgħat li tkun irkuprajt. Jekk kellek sintomi 4 ġimgħat jew aktar wara li tkun infettat, int għandek tagħmel it-test.
Il-COVID ta' żmien twil iseħħ meta s-sintomi tal-COVID-19 idumu aktar minn 3 xhur. Int għandek tara lit-tabib tal-familja li jista' jgħinek timmaniġġja s-sintomi tiegħek jew jirreferik għand speċjalista jekk ikun hemm bżonn.
Sib aktar tagħrif dwar il-COVID ta' żmien twil.
Jekk int kuntatt
Int tinsab f'riskju li tiżviluppa l-COVID-19 jekk toqgħod f'dar ma' ħaddieħor jew jekk kellek kuntatt mill-viċin ma' xi ħadd li ittestja pożittiv.
Int għandek timmonitorja s-sintomi u tittestja regolarment għal 7 t'ijiem wara l-kuntatt tiegħek ma' xi ħadd li ttestja pożittiv. Matul dan iż-żmien, hu rrakkomandat li int:
- tevita sptarijiet, faċilitajiet tal-kura tal-anzjani, u servizzi tad-diżabilità
- ilbes maskra meta tħalli d-dar, inkluż fuq trasport pubbliku u spazji fuq ġewwa bħal fejn taħdem u skola
- ħalli l-arja friska tidħol ġewwa billi tiftaħ it-twieqi, fejn hu possibbli
Għal aktar tagħrif dwar Lista tal-iċċekkjar tal-kuntatti.
This page has been produced in consultation with and approved by: